Liema hu veru?



Skond il-liġi:
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, xufier involut fit-trasport internazzjonali ta’ merkanzija jista’, barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, jieħu żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, sakemm ix-xufier fi kwalunkwe erba’ ġimgħat konsekuttivi jieħu mill-inqas erba’ perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, li mill-inqas tnejn minnhom għandhom ikunu perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, xufier għandu jitqies li huwa involut fit-trasport internazzjonali meta x-xufier jibda ż-żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa barra mill-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impjegatur u l-pajjiż tal-post ta’ residenza tax-xufiera.
Meta żewġ perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jkunu ttieħdu konsekuttivament f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 6, il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa li jmiss għandu jiġi preċedut minn perijodu ta’ mistrieħ meħud bħala kumpens għal dawk iż-żewġ perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.